Fi stqarrija li ħarġet il-linja tal-ajru Air Malta, qalet li żewġ titjiriet li kienu skedati fl-Ewwel tas-Sena biex imorru lejn Pariġi u lura lejn Malta ġew ikkanċellati.
Dan kellu jseħħ hekk kif fil-31 ta’ Diċembru 2022, it-titjira KM377 tal-Air Malta li topera minn Berlin għal Malta esperjenzat bird strike li wassal biex l-ajruplan idur lura lejn Berlin. Il-passiġġieri reġgħu ġew lura Malta fl-1 ta’ Jannar fuq ajruplan ieħor filwaqt li l-ajruplan milqut baqa’ f’Berlin għal tiswija teknika.
Dan l-avveniment u n-nuqqas ta’ ajruplani kkawżaw tfixkil sinifikanti fl-iskeda tat-titjiriet ippjanati għall-1 ta’ Jannar. Il-kumpanija pprovat tikseb ajruplan sostitut permezz ta’ diversi organizzazzjonijiet, iżda l-ebda ajruplan ma’ kien disponibbli f’qasir ħin u f’perjodu mill-aktar impenjattiv tas-sena.
Dan it-tfixkil, sfortunatament, irriżulta fil-kanċellazzjoni ta’ titjira oħra, KM466/467, titjira li kellha titlaq minn Malta lejn Pariġi u terġa’ tirritorna lura pajjiżna fl-1 ta’ Jannar. Dan wassal biex il-passiġġiera f’Malta u f’Pariġi ma setgħux jivjaġġaw qabel it-3 ta’ Jannar.
//= $special ?>