Lokali Qorti

Libjan mixli bi vjolenza domestika fuq martu u erba’ wliedu

Libjan ta’ 46 sena nżamm arrestat mill-Maġistrat Astrid May Grima wara li ġie mixli li bl-aġir tiegħu fl-aħħar tas-sena 2022 ikkawża biża tali li se ssir vjolenza fil-konfront ta’ martu u erba’ wliedu.

Il-Libjan, residenti l-Fgura li ismu mhux jixxandar biex tiġi protetta l-identità ta’ martu u tat-tfal tagħhom wieġeb mhux ħati li kkaġuna biża tali li se tintuża vjolenza fuq il-persuna u l-propjetà tagħhom, li nġurjahom u heddidhom. Il-Qorti laqgħet it-talba biex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur l-allegati vittmi. Għall-akkużat deher l-Avukat Joe Bonnici filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.