420 ġurnalist minn 113-il pajjiż affiljat mal-Assocjazzjoni Dinjija tal-Ġurnalisti AIPS, taw il-preferenzi tagħhom fl-għażla annwali għall-unuri tal-aqwa Atleti nisa u rġiel għas-sena 2022.
Il-kategorija għall-Aħjar Atleta Mara, għat-tieni edizzjoni konsekuttiva intrebħet mill-plejer tal-futbol ta’ Spanja Alexia Putellas b’452 vot kontra l-295 vot tal-għawwiema tal-Istati Uniti Katie Ledecky u l-atleta tal-Venezuela Rojas Yulimar li kisbet 243 vot.
Kif kien mistenni Lionel Messi, captain tal-Argentina rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja FIFA iddomina l-kategorija tal-Aħjar Atleta Raġel meta b’total ta’ 962 vot għeleb lill-atleta protagonista fil-pole vault Arman Duplantis tal-Iżvezja li kiseb 373 Vot filwaqt li l-attakkant ta’ Franza, Kylian Mbappe temm fit-tielet post bi 366 vot.
It-tim Nazzjonali tal-Arġentina rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja FIFA ingħażel bħala t-tim tas-sena b’total ta’ 1399 vot kontra t-381 vot li kiseb it-tim Nazzjonali tal-Marokk u l-252 vot miksub mit-tim nazzjonali ta’ Franza, finalist fl-istess Tazza tad-Dinja FIFA.
//= $special ?>