Fil-belt ta’ Santos, l-aktar fuq in-naħa tar-raħal magħruf bħala Peixe li jgħati fuq il-baħar, għaddejin l-aħħar tħejjijiet għall-funeral ta’ Edson Arantes do Nascimento magħruf bħala Pelè. It-tebut ta’ Pelè eskortat minn numru ta’ vetturi bil-familjari ħalla l-isptar Albert Einstein f’Sao Paolo fejn miet fid-29 ta’ Dicembru bl-ewwel waqfa tkun fl-Urbano Caldeira Stadium.
Il-belt ta’ Santos hija 75 kilometru barra Sao Paolo. Minn hemm ser jittieħed għall-istadium Vila Belmiro fejn bdew jinġabru n-nies biex jgħatuħ l-aħħar tislima. Oħt Pele’, Maria Lucia do Nascimento kkonfermat li l-korteo se jgħaddi minn quddiem id-dar ta’ ommu Celeste Arantes li għandha 100 sena li iżda mhiex konxja ta’ dak li seħħ.
Fl-Istadium Vila Belmiro ta’ Santos se jittellgħu tlett bnadar. Dik tal-klabb, oħra bin-numru 10 sinonimu ma’ Pele u bandiera oħra bil-figura ta’ Pele’. L-awtoritajiet ħadu ħsieb is-sigurta’ fl-ajruport Congonhas ta’ Sao Paolo fejn mistennija jaslu l-awtoritajiet mid-dinja tal-futbol, eks plejers u personalitajiet biex jgħatu l-aħħar tislima lil Pelè.
//= $special ?>