Lokali

Tikkunsmax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ 3-MCPD.

It-3-MCPD huma grupp ta’ kontaminati li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F’livelli għoljin dawn jistgħu ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu jkunu karċinoġeni.

Isem tal-prodott: Zomi Palm Oil

Ditta: Bigi-mama

Data tad-durabbiltà: 25/06/2025

Lott: A2001

Volum: 1litru

Deskrizzjoni tal-prodott: Flixkun tal-plastik

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.