Internazzjonali Knisja

Fl-ewwel jum 65,000 persuna taw l-aħħar tislima lill-Papa Benedittu XVI

Ilbieraħ 65,000 persuna għaddew mill-Bażilika ta’ San Pietru fl-istat tal-Vatikan biex isellmu l-memorja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI.

Il-katavru tal-Papa jinstab espost fil-kappella tal-monasteru Mater Ecclesiae, liebes libsa l-ħamra tradizzjonali li hi riservata għall-funerali tal-Kapijiet tal-Knisja u tinkludi mitra tad-deheb. Il-pubbliku jista jmur iżur il-ġisem tal-Papa sa nhar il-Ħamis 5 ta’ Jannar li ġej, meta ser iseħħ il-funeral tiegħu fi Pjazza San Pietru.

Hu se jindifen fil-kripta tal-Vatikan, taħt il-Bażilika ta’ San Pietru.