Minn kmieni filgħodu eluf inġabru sabiex jagħtu l-aħħħar tislima lill-leġġenda tal-football Pele li miet ftit tal-jiem ilu.
Għall-ħabta ta’ nosfinhar beda l-funeral tiegħu f’ċerimonja privata li għaliha qed jattendu dawk kollha qrib tiegħu.
Intant, ilbieraħ, il-pitch ta’ Vila Belmiro Stadium inbidlet kompletament hekk kif il-katavru ta’ Pele kien espost għall-pubbliku, b’eluf ta’ persuni sellmu lil-leġġenda tal-futbol.Il-President ta’ FIFA, Gianni Infantino se jkun qed jissuġġerixxi li kull pajjiż madwar id-dinja jsemmi stadium għal Pele.
Edson Arantes do Nascimento magħruf aħjar bħala Pele, kien tilef ħajtu l-Ħamis li għadda fl-età ta’ 82 sena wara battalja ta’ xhur sħaħ kontra l-kanċer.
Pele jibqa magħruf bħala wieħed mill-aħjar plejers tal-futbol ta’ kull żmien u wkoll bħala l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Brażiljan b’77 gowl minn 92 partita. Hu għen lil pajjiżu jirbħu tlett Tazzi tad-Dinja, li waslu fl-1958, 1962 u 1970.
Pele kellu karriera ta’ 20 sena fil-futbol u saħansitra għandu ismu mnaqqax f’Guinness World Record għall-iktar gowls skorjati fl-istorja tal-futbol, inkluż logħob ta’ ħbiberija. Fil-fatt, Pele skorja 1,279 gowl f’1,363 logħba.
//= $special ?>