Lokali

Il-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta qed tiġi restawrata

Għaddej ġmielu x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta wara li fl-aħħar snin żviluppat ħsara kbira fil-faċċata tal-Knisja.

Din il-Knisja tmur lura għal għexieren ta’ snin u bla dubju wieħed ma jistax jinsa t-tradizzjonijiet marbuta magħha, kif jispjegalna Patri Ramon Farrugia.

U ma jistax jonqos li ħafna jiffrekwentaw il-Knisja għat-talb hekk kif fuq ġewwa tal-Knisja hemm diversi relikwi ta’ qaddisin.

Iżda x’jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq il-Knisja? Il-Perit tad-Direttorat tar-Restawr, Jean Frendo spjegat magħna kif ir-restawr beda fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra u mistenni li jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Ix-xogħol li kien għamel l-arkitett Malti, Gilormu Cassar fuq din il-Knisja huwa meqjus bħala imprezzabbli u kien għalhekk li l-Patrijiet Franġiskani assiguraw li dan ma jispiċċax fix-xejn.