Raġel ta’ 31 sena mill-Fgura qed isofri minn xi ġrieħi wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u spiċċat nqalbet rasha ‘l isfel. L-inċident seħħ fil-bypass tal-Imġarr għall-ħabta tal-5pm.
Fil-post marru membri tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li wara li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza, din baqgħet dieħla f’karozza pparkjata b’riżultat li nqalbet u ġiet fuq is-saqaf.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post hekk kif kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom biex ir-raġel jinħareġ mill-karozza.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei ħadu lir-raġel l-Isptar biex jingħata l-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>