Ir-Repubblikan Kevin McCarthy qed isibha diffiċli biex jikseb appoġġ biżżejjed ħalli jaċċerta mill-vot biex jilħaq Speaker ġdid tal-Kamra tar-Rappreżentanti f’Washington.
Biex jilħaq it-tragward, McCarthy, membru tal-Kungress minn Kalifornja, jeħtieġ li jirbaħ maġġoranza waqt vot fil-Kamra – iżda grupp ta’ Repubblikani qed jirrifjutaw li jappoġġjawh minkejja li hu kien kostrett li jagħti numru ta’ konċessjonijiet ‘tal-aħħar minuta’.
U jekk irid jirbaħ il-vot, McCarthy ma jaffordjax li jitlef aktar minn ‘ftit voti’ fost il-membri tal-partit tiegħu (Repubblikan) jekk irid jirrealizza l-ambizzjonijiet għar-rwol ta’ Speaker.
Il-kariga ta’ Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti hi fost l-aktar karigi importanti fil-politika tal-Istati Uniti. Dan meta l-Ispeaker jikkontrolla l-aġenda leġislattiva u l-programm ta’ ħidma fil-Kamra – flimkien mal-formazzjoni ta’ diversi kumitati.
//= $special ?>

