Il-Partit Laburista twieled sabiex jiġġieled l-inġustizzji soċjali però jekk se jibqa’ għaddej f’din it-triq li qabad, mhux se nibqa’ nagħrfu.
Hekk sostniet l-eks President Emeritu Marie Louise Colerio Preca matul podcast mal-preżentatur Jon Mallia fejn esprimiet it-tħassib tagħha għall-viżjoni li għandu l-Gvern Laburista.
Marie Loiuse Coleiro Preca kkritikat ukoll id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jissussidja l-prezz tal-enerġija u tal-fuel għall-vetturi u oġġetti lussużi. Hija sostniet li minflok, dan is-sussidju seta’ ntuża biex jiżdied is-sussidju għall-familji l-iktar fil-bżonn.
Mistoqsija minn Mallia jekk hija nħatritx President ta’ Malta biex ma tkunx ta’ xkiel għall-Partit Laburista, hija għażlet li ma tikkummentax.
Hija tkellmet ukoll dwar kif saret taf bl-aħbar uffiċjali li hi kienet se tkun maħtura President ta’ pajjiżna.
Marie Louise Coleiro Preca tistqarr li dan kien f’perjodu meta kienu għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar jekk taċċettax li ssir President jew le.
//= $special ?>