Il-Ħamis li ġej, fuq Net Television, se jkun qed jixxandar programm speċjali b’xandira diretta mill-Vatikan dwar il-funeral ta’ Benedittu Sittax.
Il-preżentatur Nathaniel Attard se jkun qed imexxi diskussjoni bis-sehem ta’ diversi mistiedna fl-istudio fosthom l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Monsinjur Ġorġ Frendo, il-Professur John Bery u Fr Nicholas Doublet kif ukoll intervisti mill-Vatikan, segwita mill-kummentarju tal-funeral fi Pjazza San Pietru.
Ix-xandira se tkun qed tibda fit-8.30 ta’ filgħodu u tibqa’ għaddejja sa wara l-funeral.
Waqt id-diskussjonijiet se tkun diskussa l-ħajja ta’ Ratzinger, il-Papa Ġermaniż li niżżel ismu fl-istorja meta rriżenja fl-2013. U anke r-rabta tal-Papa Emeritu li kellu ma’ pajjiżna hekk kif mhux biss żar pajjiżna lura fl-2010 iżda wkoll ikkanonizza lil San Ġorġ Preca fil-Vatikan.
//= $special ?>