F’dawn il-jiem, se jkunu f’pajjiżna t-tim Taljan Pro Recco Women Masters. Il-kamp ta’ taħriġ li se jdum tlett ijiem, se jservi bħala preparazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-Kampjonat tad-Dinja ta’ din is-sena li se jsir fil-belt ta’ Fukuoka fil-Ġappun.
Pro Recco Women Masters se jkunu qed jieħdu vantaġġ mill-waqfa fil-kampjonati Taljani. Il-kamp ta’ taħriġ se jsir fil-pixxina ta’ Sirens f’San Pawl il-Baħar. Il-viċinanza ma’ Malta u t-temp sabiħ ta’ pajjiżna żgur li kienu fost il-fatturi biex Pro Recco jinsabu f’pajjiżna.
Illejla bejn is-6.30pm u t-8.00pm se ssir l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ flimkien mat-tim ta’ Sirens. L-Erbgħa filgħodu fl-10.00am tintlagħab logħba kontra Sirens, b’sessjoni oħra filgħaxija. Il-Ħamis fis-6.00pm tintlagħab it-tieni logħba ta’ ħbiberija kontra t-tim minn San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>