Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza l-Furjana

Raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karozza fi Triq l-Indipendenza, il-Furjana.

L-inċident seħħ għal ħabta ta’ 12:00pm hekk kif il-Pulizija marret immedjetament fuq il-post. Ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Skoda Fabia, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 76 sena residenti l-Gudja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.