Sport Sport Ieħor

Rally ta’ Dakar: Mason Klein fl-ewwel post fi tmiem it-tieni stadju

(Ritratt: EPA)

Fi tmiem it-tieni stadju tal-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Rally ta’ Dakar, l-Amerikan Mason Klein temm fl-ewwel post fi tmiem rotta ta’ 430 kilometru.

Ricky Brabec żamm ma’ Klein sa parti mir-rotta iżda temm fil-15-il post u tmien minuti u 19-il sekonda wara Klein.

Minkejja li kellu penalità Klein kien minuta u 9 sekondi aktar verloċi minn Sebastien Buhler tal-Ġermanja bl-Amerikan Skyler Howes itemm fit-tielet post b’distakk ta’ minuta u 13-il sekonda.

Klein li fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet temm fid-disa’ post, għandu vantaġġ ta’ minuta u 41 sekonda fuq Toby Price tal-Awstralja wkoll fuq KTM, u b’ minuta u 41 sekonda fuq Joan Barreda ta’ Spanja fuq Honda b’2 minuti u 3 sekondi

F’dan it-tieni stadju s-sewwieqa kkompetew fir-rotta mal-kosta tal-Baħar l-Aħmar u lil hinn minn Al-Ula.