It-18-il darba champion tal-Grand Slam Martina Navratilova, li fl-2010 kellha kanċer tas-sider, se tibda l-kura ulterjuri fi New York aktar tard dan ix-xahar. Navratilova, 66, qalet li ż-żewġ kanċers ġew identifikati fi stadju bikri. Fattur doppju li huwa serju iżda Navratilova kkummentat li se tiġġieled biex tegħleb din l-isfida għal ħajjitha.
Navratilova nnotat għoqda limfatika mkabbra f’għonqha waqt il-Finali tal-WTA ta’ Novembru f’Fort Worth, Texas biex imbgħad bijopsija sussegwenti żvelat l-ewwel stadju tal-kanċer tal-griżmejn. Waqt it-testijiet, ġiet skoperta wkoll boċċa f’sidirha, li aktar tard ġiet iddijanjostikata bħala kanċer mhux relatat.
Mary Greenham f’isem Navratilova kkummentat li z-żewġ kanċers jinsabu fl-istadji bikrija tagħhom u wieħed irid jistenna l-ewwel riżultati. Navratilova kellha tikkummenta l-Open tal-Awstralja ta’ dan ix-xahar mill-istudio tat-Tennis Channel f’Melbourne, iżda minflok se tagħmel xi dehriet remoti okkażjonali.
//= $special ?>