Futbol Sport

FA Trophy: Ir-rebbieħa Floriana se jibdew kontra Santa Lucia

(Ritratt: Joseph Galea)

Aktar kmieni telgħu il-poloz tal-FA Trophy bis-16-il partita mir-round ta’ 32 jintlagħabu bejn it-13 u s-16 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Floriana se jkunu qed jaffaċċjaw lil Santa Lucia filwaqt li c-champions Hibernians jilgħabu kontra Żurrieq.

Il-leaders attwali tal-Kampjonat Premier Ħamrun Spartans se jaffrontaw lill-Għawdxin ta’ Għajnsielem.

Il-poloz kollha huma dawn:

Floriana vs Santa Lucia / Żejtun Corinthians vs Marsaxlokk

Balzan vs Tarxien Rainbows / Birkirkara vs Nadur Youngsters

Valletta vs Żabbar St. Patrick / Ħamrun Spartans vs Għajnsielem

Gżira United vs Sliema Wanderers / Mtarfa vs Qala Saints

Melita vs Mosta / Swieqi United vs Żebbuġ Rangers

Gudja United vs Naxxar Lions / Sirens vs Mqabba

Pietà Hotspurs vs Xewkija Tigers / San Ġwann vs Mġarr United

Hibernians vs Żurrieq / Attard vs Kerċem Ajax

Il-partiti mir-round ta 16 se jkunu qed jintlagħabu bejn is-7 u 9 ta’ Frar, il-kawrti tal-finali bejn l-24 u s-26 ta’ Frar bis-semi finali jintlagħabu fil-25 u s-26 ta’ April.

IIl-finali tl-FA Trophy ta’ din is-sena se tkun qed tintlagħab fit-30 t’April.