Lokali

Ħadd ma jweġġa’ waqt nirien kbar f’Kordin Grain Terminal

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn ġrieħi hekk kif qabad nar kbir f’silo tal-qamħ f’Kordin Grain Terminal.

Fil-post hemm uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-ħaddiema kollha li kien hemm fil-post ħarġu fuq barra tant li ma sofrewx minn xi ġrieħi.

Wieħed qed ikun imħeġġeġ biex jevita z-zona minħabba periklu li jista’ jkun hemm.