Internazzjonali

Il-Ġermanja: Miċħuda talba tal-Polonja biex tingħata kumpens għall-istraġi tat-Tieni Gwerra

Il-Ġermanja ċaħdet it-talba tal-Polonja għal negozjati dwar ‘kumpens dovut’ lill-Pollakki relatat mal-qtil u ħsarat imwettqa mill-Armata Nażista ta’ Adolf Hitler waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f’Varsavja qed jgħid, sadanittant, li l-Ġermanja qed tqis il-kwistjoni bħala magħluqa u li l-Polonja, issa, qed tfittex mod ieħor biex ‘taċċerta mill-ġustizzja’.

Qed jingħad ukoll li l-Polonja  rikorriet għand in-Nazzjonijiet biex jappoġġja t-tentattivi tagħha għal kumpens ta’ 1.2 biljun ewro relatat mat-tbatija li sofrew il-Pollakki waqt l-okkupazzjoni brutali ta’ pajjiżhom mill-qawwiet Ġermaniżi bejn l-1939 u l-1945.

Fl-istess ħin, il-Gvern Ġermaniż jinsab determinat biex ma jisseħibx f’negozjati għal riperazzjonijiet tal-gwerra. Dan meta l-Polonja se tkompli bl-impenn għal kumpens, għexieren ta’ snin wara l-qerda tat-Tieni Gwerra…Gwerra fejn, waqt il-vjolenza, kienu nqatlu 220 minn kull 1,000 abitant Pollakk.