Lokali

Koppja ssofri minn ġrieħi wara li karozza nqalbet rasha ‘l isfel f’San Ġiljan

Koppja anzjana qed isofru minn xi ġrieħi wara li karozza nqalbet rasha ‘l isfel fi Triq Reġjonali, f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30 ta’ waranofsinhar.

Pulizija tad-distrett marru fil-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti Tas-Sliema filwaqt li miegħu kien hemm passiġġiera, mara ta’ 76 sena wkoll residenti Tas-Sliema.

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei waslu fil-post fejn wara li tawhom l-ewwel għajnuna ħaduhom l-Isptar għal iktar kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.