Lokali

Nhar il-Ġimgħa se tingħata l-aħħar tislima lil Silvio Parnis

L-aħħar tislima lil Silvio Parnis se tingħata nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Jannar, fit-8:30am, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Il-funeral se jkun qed jixxandar ukoll live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Silvio Parnis stess.

It-Tlieta tħabbret il-mewt tal-eks Deputat Laburista li miet fl-eta’ ta’ 57 sena.

F’karriera ta’ servizz lejn iċ-ċittadin, kemm bħala xandar kif ukoll bħala politiku, Silvio Parnis dejjem ra li jħaddem fil-prattika l-valuri tal-ġustizzja soċjali u l-għajnuna lill-inqas batut.

Għal ħames leġiżlaturi rrappreżenta l-kostitwenti tar-raba’ distrett elettorali fil-Parlament, wara li iktar qabel serva bħala Sindku tal-istess lokalità. Silvio Parnis serva wkoll fil-Kabinett tal-Ministri.

Huwa se jibqa’ magħruf bħala politiku ta’ qalb tajba li dejjem baqa’ viċin in-nies.