Fi Stadio Giovanni Zini : Cremonese 0-1 Juventus
F’partita li matulha Juventus kellhom aktar pussess u dominju f’nofs il-pitch, kollox deher li Cremonese kienu ser jiksbu punt importanti sal-mument li Juventus fetħu l-iskor. Fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud kien Arkadiusz Milik li għeleb lil Marco Carnesecchi f’dak li kellu jkun gowl deciżiv. Gowl li wassal għall-għaxar rebħa li biħa Juventus ikkonsolidaw posthom fit-tielet post fil-klassifika b’34 punt.
Fi Stadio Olimpico : Roma 1-0 Bologna
Tlett punti importanti għal Roma u d-disa’ rebħa tal-istaġun minn 16 il-partita sabiex telgħu fis-sitt post bi 30 punt. Kollox deciż wara biss sitt minuti wara li Alberto Santoro saffar penalty għal Roma. Mill-11-il metru Lorienzo Pellegrini għeleb lil Lukasz Skorupski għall-uniku gowl tal-partita.
Fi Stadio Artemio Franchi : Fiorentina 1-1 Monza
Riżultat ġust f’partita bbilancjata liema riżultat ma kellu ebda effett fil-klassifika bi Fiorentina fl-10 post b’20 punt u Monza fil-15-il post bi 17-il punt. Bi Fiorentina fuq l-offensiva, fid-19-il minuta minn azzjoni ta’ Lucas Martinez kien Arthur Cabral li għeleb lil Michele di Gregorgio għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. B’Monza aktar fil-partita fil-61 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Carlos Augusto li minn azzjoni ta’ Patrick Ciurria għeleb lil Pietro Terracciano għal 1-1. Riżultat li biħ intemmet il-partita.
Riżultati oħra:
Spezia 2-2 Atalanta
Torino 1-1 Verona
Lecce 2-1 Lazio
//= $special ?>