F’Agrigento, Sqallija, mara qed tiġi investigata wara li allegatament sawtet lit-tifel tagħha ta’ 4 snin u ħarqitu permezz tas-sigaretti. Is-sieħeb tagħha jinsab akkużat ukoll, għal trattament ħażin u ġrieħi fil-konfront taċ-ċkejken.
It-tifel, li allegatament intlaqat b’oġġett ċatt, ittieħed l-isptar f’Catania bi ġrieħi gravi fis-swaba’ ta’ jdejh u saqajh u fil-partijiet privati tiegħu, kif ukoll b’diversi ħruq fuq ġismu.
L-investigazzjoni tnediet wara rapport mill-istaff mediku tal-isptar Garibaldi Nesima, fejn it-tifel kien ġie trasferit u rikoverat b’urġenza minħabba l-kundizzjonijiet serji tiegħu.
Interċettazzjonijiet bit-telefon għamluha possibbli li jiġu żvelati indikazzjonijiet serji ta’ ħtija kontra ż-żewġ suspettati, li allegatament sawtu lit-tifel b’ oġġett ċatt u kkawżawlu feriti serji.
Il-Pulizija ta’ Agrigento qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>