Il-ħarġa ta’ għada ta’ In-Nazzjon se tinkludi suppliment speċjali b’tifkira ta’ Benedittu XVI li jinkludi:
- L-aktar ġrajjiet importanti fil-ħajja ta’ Joseph Ratzinger;
- Siltiet mill-awtobijografija ta’ Benedittu XVI;
- Tifkira bir-ritratti taż-żjara tiegħu f’Malta f’April tas-sena 2010;
- Dettalji tal-vjaġġi kollha ta’ Benedittu XVI barra l-Vatikan matul il-pontifikat tiegħu u;
- Kitbiet b’analiżi dwar ħajtu mill-Arċisqof Emeritu ta’ Tirana, Monsinjur Ġorġ Frendo, mill-Eks Kummissarju Ewropew, Tonio Borg u mill-Eks PRO tal-Kurja ta’ Malta, Charles Buttigieg.
Wieħed se jkun jista’ jakkwista din il-ħarġa speċjali mal-gazzetta n-Nazzjon.
Dan filwaqt li għada wkoll, fuq Net Television, se jkun qed jixxandar programm speċjali b’xandira diretta mill-Vatikan dwar il-funeral ta’ Benedittu XVI. Il-preżentatur Nathaniel Attard se jkun qed imexxi diskussjoni bis-sehem ta’ diversi mistiedna flimkien ma’ kummentarju tal-funeral fi Pjazza San Pietru. Ix-xandira se tkun qed tibda fit-8.30 ta’ filgħodu u tibqa’ għaddejja sa wara l-funeral.
//= $special ?>