Lokali Qorti

Xufier jikkonferma fil-Qorti li ssawwat minn żewġ ufficċjali ta’ TM – wieħed minnhom canvasser ta’ Ian Borg

Xufier li l-attakk tiegħu minn uffiċjali ta’ Transport Malta bl-uniformi nqabad b’filmat f’Ottubru li għadda qal fil-Qorti li kien imsawwat mill-uffiċjali minkejja li kkonforma mal-ordnijiet kollha tagħhom. Il-vittma qala’ diversi daqqiet f’diversi partijiet ta’ ġismu, b’wieħed mill-uffiċjali jkun Rene Antonelli, canvasser tal-eks Ministru tat-Trasport, Ian Borg.

Antonelli nqabad b’-camera jiġri lejn ix-xufier u jagħtih daqqa ta’ ponn f’rasu f’filmat li ħasad lill-pajjiż. L-uffiċjal l-ieħor li deher jattakka lis-sewwieq ġie identifikat bħala Ivan Cassar. Il-Qorti wara li semgħet lill-vittma u xhieda oħra jagħtu d-depożizzjoni tagħhom, iddikjarat li semgħet biżżejjed provi biex l-akkużat jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

Ir-raġel, Anoob George Thomas, ħaddiem tal-kura tas-saħħa fl-Isptar Monte Carmeli xehed quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech l-Erbgħa, hekk kif żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta wieġbu mhux ħatja tal-akkużi relatati mas-swat li nqabad b’filmat minn wieħed li kien fil-post.

L-Uffiċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta, Ivan Cassar ta’ 42 sena minn Ħaż-Żabbar u Rene Antonelli ta’ 38 mill-Qrendi ġew mixlija b’ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech b’rabta mas-swat li seħħ fis-26 ta’ Ottubru Sorsi tal-Prosekuzzjoni jgħidu li l-irġiel ma setgħux jitressqu l-Qorti taħt arrest għal raġunijiet proċedurali, peress li kienu taw ruħhom b’idejhom qabel ma seta’ jinħareġ il-mandat għall-arrest tagħhom.

Fi tmiem is-seduta, l-qorti ddikjarat li rat raġunijiet suffiċjenti biex jitqiegħdu taħat att ta’ akkuża. L-Ispettur Ian Vella akkuża liż-żewġ uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta li kkawżaw tbatija fiżika qawwija fuq persuna bil-għan li jikkastigawha għal att li hu jew terza persuna wettqet jew kienet suspettata li wettqet, ksur malizzjuż tad-doveri uffiċjali tagħhom, li żammew illegalment lill-vittma u li naqsu milli jinformaw lill-pulizija bid-detenzjoni tiegħu mingħajr dewmien.

L-irġiel ġew mixlija wkoll li weġġgħu ħafif lir-raġel, attakkawh, insulentawh u heddewh, li kisru l-paċi u l-mistrieħ ta’ matul il-lejl tar-residenti tal-inħawi u li saqu b’veloċità eċċessiva – li hija l-istess raġuni li għaliha l-karozza tal-vittma kienet twaqqfet mill- uffiċjali.

Il-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex tittratta lill-akkużati bħala uffiċjali pubbliċi li kienu fid-dmir li jipprevjenu tali reati milli jsiru u talbu lill-Qorti biex tissospendi l-liċenzji tas-sewqan tagħhom. Intalbet wkoll ordni ta’ protezzjoni u ordni ta’ trażżin.

Rapporti żvelaw li Antonelli huwa canvasser tal-eks Ministru tat-trasport Ian Borg. Borg. L-inċident kien nġibed fuq filmat wara li l-vittma spiċċa segwit minn uffiċjali ta’ Transport Malta li ssuspettaw li kien qed isuq b’veloċità eċċessiva. Waqt is-seduta, Thomas ġie notifikat b’akkużi relatati ma’ sewqan perikoluż, li naqas milli jieqaf malajr biex iħalli vetturi ta’ emerġenza jew ta’ servizz ta’ prijorità b’apparat ta’ twissija akustiku u viżibbli jaqbżuh u li ma obdiex ordnijiet legali mogħtija lilu minn Cassar u Antonelli jew li fixkluhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

L-Ispettur Vella xehed fit-tul dwar l-investigazzjoni li kienet wasslet għall-akkużi. Il-Pulizija kienet irċeviet email mingħand l-editur ta’ Lovin Malta Tim Diacono, li kien fih filmati tal-inċident, huwa qal. Imbagħad l-investigaturi kienu kisbu dettalji dwar liema uffiċjali ta’ Transport Malta kienu qed jaħdmu dakinhar mill-awtorità stess.

Impjegat ta’ TM identifika lill-akkużati fil-filmat li ġie muri

Impjegat ta’ Transport Malta kien identifika wkoll lill-akkużati bħala ż-żewġ uffiċjali fil-filmat. Bħala parti mill-investigazzjoni tal-Pulizija, il-pjanċi tan-numri li dehru fuq il-vettura li kienet qed tinstaq mill-vittma ġew traċċati għal ftehim ta’ kiri. Imbagħad il-Pulizija kienet użat in-numru tal-mowbajl irreġistrat mal-ftehim biex tipprova tikkuntattja lill-vittma.

Fis-16 ta’ Novembru 2022, il-Pulizija kienet marret fl-indirizz reġistrat tal-vittma biex tikkonferma l-identità tiegħu, qal l-ispettur. Mara kienet wieġbet il-bieb u kkonfermat li l-persuna fil-filmat kienet il-vittma, li waslet ftit wara u ġiet interrogata.

Il-filmati tas-CCTV li nġabru mill-Pulizija nstabu li ma jistgħux jintużaw għall-każ, qal l-ispettur, iżda l-identità tal-uffiċjali ta’ Transport Malta ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Novembru, f’email mibgħuta minn Transport Malta stess. Żewġ uffiċjali oħra li jidhru fil-filmat ġew identifikati wkoll mill-awtorità u aktar tard kienu ħarġu dikjarazzjonijiet lill-pulizija. L-istqarrijiet ġew esebiti fil-Qorti.

Thomas kien irrifjuta offerta ta’ assistenza mill-victim support unit tal-Pulizija, qal l-Ispettur, li żied li l-pulizija talbu u sussegwentement ġew ipprovduti b’kopja tal-filmati mhux editjati minn Lovin Malta. Il-persuna li ffilmjat l-inċident wara resqet quddiem il-pulizija biex toħroġ stqarrija, qal l-Ispettur.

Filmati tas-CCTV taż-żona ma kinux disponibbli, kompla l-Ispettur, filwaqt li spjega li l-Pulizija qalulhom li l-camera inkwistjoni ma kinitx qed tiffunzjona dak il-ħin. Il-Pulizija kienet talbet data relatata ma’ sejħiet minn fornituri lokali tas-servizz tat-telefonija, fi sforz biex jinstab lir-raġel muri msawwat fil-filmati.

Telefonata mingħand il-kunjata ta’ Thomas lilu ġiet identifikata u ntraċċata mit-Telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat sal-Marsa, fejn seħħet l-allegat ġirja bil-karozza u l-attakk sussegwenti. Inħarġu wkoll akkużi kontra l-vittma Anoob George Thomas, qal l-Ispettur.

Xhud li ta filmati lill-Pulizija

L-ewwel xhud kien Justin Aquilina mill-Marsa. Aquilina esebixxa ‘pen drive’ li kien fih kopja tal-filmati, li intwerew fuq ‘big screen’ fil-Qorti. Fil-filmati persuna liebsa flokk aħmar u qalziet skur, mimduda wiċċ l-isfel mal-art, hekk kif jersqu żewġt irġiel lebsin l-uniformijiet ta’ Transport Malta.

Il-persuna fl-art tidher qed tingħata diversi daqqiet. Fil-filmat, il-vuċi xokkanti ta’ Aquilina tinstema’ tirrimarka “ara kif qed isawwatu!”. Il-Maġistrat Frendo Dimech talbet lix-xhud jiddeskrivi dak li ra, waqt li osservat li l-persuni fil-filmati kienu lebsin elmi tal-muturi.

Aquilina spjega li kien fuq il-bejt tad-dar tiegħu, pprova l-mowbajl il-ġdid tiegħu. Sema’ s-sirena u ħares minn fuq il-ħajt, biex jara raġel fl-art. “Ma rreżista fl-ebda ħin. Huwa obda lill-persuna li kien bl-elmu. Rajt żewġ Pulizija tat-traffiku jsawwtu lir-raġel,” qal ix-xhud.

Aktar tard ġie ċċarat li l-uffiċjali ma kinux uffiċjali tal-Pulizija, iżda impjegati ta’ Transport Malta. “Ma ppubblikajtx il-filmati għall-ewwel, imma l-kuxjenza tiegħi ma ħallitniex inżomm kollox moħbi,” qal Aquilina. Il-Qorti staqsiet x’għamel ir-raġel li kien qed jissawwat.

“Xejn,” wieġeb ix-xhud. “Malli waslet it-tieni persuna fuq il-mutur, ġera għal fuqu u beda jsawwtu. L-ebda kliem ma ġie skambjat,” qal ix-xhud. L-Avukat Yanika Zammit Tabona, li tirrappreżenta lil Thomas bħala parte civile, staqsiet lix-xhud jekk jagħrafx lill-uffiċjali.

Huwa wieġeb li kienu lebsin l-elmi. “Ir-raġel ħareġ mill-karozza b’idejh ’il fuq, imbagħad niżel għarkopptejh b’idejh ’il fuq u sussegwentement ġie mqiegħed mal-art wiċċu ‘l isfel,” qal ix-xhud. Xi tliet ġimgħat wara kien bagħat il-filmati lil Lovin Malta, spjega Aquilina.

Il-Qorti rringrazzjat għas-sens ta’ dmir ċiviku tiegħu. “Jeħtieġ kuraġġ biex tagħmel dan,” qalet il-Maġistrat. L-avukat Ishmael Psaila, avukat difensur taż-żewġ uffiċjali akkużati, staqsa lix-xhud f’liema pożizzjoni kien kien ir-raġel meta rah għall-ewwel darba. Ix-xhud wieġeb li ma kienx ra l-karozza tieqaf, iżda kien ra lir-raġel joħroġ mill-karozza.

Il-vittma jixhed wara li ġiet innotifikata b’akkużi fuq l-istess inċident

Il-vittma, Anoob George Thomas, residenti l-Marsa oriġinarjament mill-Indja, tela’ fuq il-pedana biex jixhed. Il-Qorti ġiet infurmata li Thomas kien se jiffaċċja wkoll akkużi b’rabta mal-inċident u li llum kellu jiġi nnotifikat bl-akkużi. “X’inhu dan it-taħwid?” esklamat il-Maġistrat, qabel ordnat lix-xhud jixhed biss dwar dak li ġara wara li ħareġ mill-karozza, u mhux l-avvenimenti li wasslu sa dak il-punt.

Thomas intwera l-filmat tal-inċident. “Għax ħriġt mill-karozza tiegħi, għollejt iż-żewġ idejn ’il fuq,” huwa qal, waqt li wera l-pożizzjoni mill-pedana tax-xhieda. Ħadd ma kien qallu biex jagħmel hekk, huwa qal, imma xorta waħda għamel hekk.

“Dort fuq il-persuna ta’ Transport Malta u staqsejtu ‘x’inhi l-proċedura li jmiss?’ Qalli biex nimtedd.” Thomas identifika lill-imputat Cassar bħala l-persuna li tkellem miegħu. “Imbagħad ġie xi ħadd minn wara u beda jsawwatni.” Spjega li kien qed isuq veloċi wisq għax kien għadu kemm irċieva telefonata mingħand oħtu li kienet qed titlob l-għajnuna.

Aktar tard kien ra lill-persuna li sawwtitu, u pponta lejn Antonelli fl-awla. “Laqatni fuq spallti, rasi, sieqi u tagħni bis-sieq fuq il-kustilji,” qal Thomas. “L-ewwel tlabt biex nitkellem ma’ persuna waħda li kien Cassar. Ma rajtx lil min kien qed isawwatni]. Wara li qomt rajthom it-tnejn.”

Imbagħad qal iż-żewġ uffiċjali kienu bdew isawtuh b’idejhom u xi ħaġa oħra, li ma setax jidentifika. “Wieħed minnhom neħħa l-elmu,” “Min?” staqsiet il-Qorti. Thomas qal li kien Cassar. Il-filmat reġgħet intwera. Cassar kien l-uffiċjal li beda jgħidlu biex jimtedd, qal ix-xhud.

Imbagħad it-tieni raġel jidher jiġri minn fuq u jsawwtu. Xi nies jidhru jintervjenu u jżommu lill-aggressur lura. L-elmu ta’ Cassar tneħħa waqt il-clip. Il-Qorti rringrazzjat lix-xhud għall-onestà tiegħu. Thomas qal lill-Qorti li kien sofra uġigħ fil-kustilji għal xi żmien wara s-swat.

L-Avukat Zammit Tabona staqsieh għaliex dam xahar biex iċċekkja l-ġrieħi minn tabib. “Is-sitwazzjoni tiegħi kienet: oħti hi sigura jew le? Nara li kienet sigura. Dik il-ħaġa m’iniex iddejjaqni, niddejjaq b’oħti,” wieġeb il-vittma li spjega li kien mar jara tabib biss wara li l-Pulizija kienet avviċinatu għal stqarrija.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur kemm Thomas kif ukoll il-kunjata tiegħu, Aswathy Thomas. Qabel ma xehdet, Aswathy Thomas ġiet infurmata mill-Qorti li l-Pulizija ma kienux qe jippjanaw li jressqu xi akkużi kontriha u għalhekk li kellha tgħid il-“verità sħiħa.

Hija ġiet murija l-filmat, u l-Avukat Zammit Tabona staqsiet lix-xhud min kienu n-nies fl-ewwel parti tal-filmat. Il-persuna wieqfa huwa taġel ta’ “Transport Malta,” u mara li kinet qed titkellem mal-uffiċjal kienet ġarha tagħha, hija qalet.

Rat wiċċhom

Aswathi Thomas dak il-ħin kienet quddiem id-dar tagħha fil-ġenb tat-triq u setgħet tara x’qed jiġri, hija qalet. “Kienu qed jolqtu lil Anoob, ir-raġel ta’ oħti.” “Rajt wiċċhom?” staqsiet il-qorti. Ix-xhud qalet iva. “Int tirrikonoxxi lil xi ħadd hawn illum?” “It-tnejn,” wieġbet il-mara, filwaqt li ppuntat lejn l-irġiel akkużati.

“Huma kienu qed jagħtuh fuq rasu, l-ispalla, daharu u l-kustilji… użaw elmu wkoll,” hija qalet, u qalet li kienet ċerta li ż-żewġ uffiċjali kienu qed isawwtu lil Anoob. “Qed nċedi huwa beda jgħajjat,” qalet ix-xhud. Imbagħad waslu l-uffiċjali tal-Pulizija li żammew liż-żewġ akkużati biex ma jibqgħux jaggredixxu lill-vittma.

“Naħseb il-pulizija kienu lebsin uniformi sewda,” hija qalet u żiedet li l-uffiċjali ta’ Transport Malta kienu lebsin l-abjad. Zammit Tabona staqsiet x’ġara wara li spiċċaw il-filmati. “Meta waqfu jsawtuh?” iċċarat il-Maġistrat. “Waslu aktar uffiċjali u żammewhom u ma baqgħux isawtuh.”

Imbagħad Anoob qam mill-art u n-nies li kienu lebsin l-uniformi bajda tkellmu magħha, qalet ix-xhud. Wara li Aswathy Thomas spiċċat tixhed, il-Qorti ddikjarat li semgħt biżżejjed provi biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża u ordnat li jinħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni favur il-vittma, kif ukoll ix-xhieda u l-familji tagħhom.

L-Ispettur Ian Vella qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-avukat Ishmael Psaila irrappreżenta lill-akkużat bħala avukat difensur. L-Avukat Yanika Zammit Tabona dehret għall-vittma bħala parte civile