Sport Sport Ieħor

Golf: Jitħabbru r-rebbieħa tal-BOV Golf Monthly Medals

Ir-rebbieħa tal-BOV Golf Monthly Medals għal Novembru u Diċembru 2022 gew ippreżentati waqt ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li saret fir-Royal Malta Golf Club. Iċ-Chief Compliance Officer tal-BOV Anatoli Grech u l-Kaptan tal-RMGC Benji Mangion ippreżentaw il-midalji lir-rebbieħa.

Il-BOV Golf Monthly Medals hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fuq il-kalendarju tar-Royal Malta Golf Club. B’Kompetizzjoni kull xahar, din tintlagħab fuq handicap ta’ 95% bil-kompetizzjoni maqsuma fi 3 diviżjonijiet determinati mill-handicap individwali tal-plejer.

Ir-rebbieħa ta’ kull BOV Monthly Medal jikkwalifikaw awtomatikament għal ‘BOV Medal of Medals’, il-finali tal-kompetizzjoni tal-BOV Monthly Medals, miftuħa għar-rebbieħa tal-BOV Monthly Medal matul is-sena.

Ir-rebbieħa tal-BOV Monthly Medals għal Novembru u Diċembru hawn taħt:

Novembru

L-Ewwel Diviżjoni

1. Cenk Kahraman

2. Miikka Mustonen

3. Noah Gratil

It-Tieni Diviżjoni

1. Rudy Shipper

2. Tero Vienonen

3. Mark Hollingsworth

It-Tielet Diviżjoni

1. Peter Naudi

2. David Mansfield

3. Michael Balzan

Diċembru

L-Ewwel Diviżjoni:

1. Nicholas LaFerla

2. Andrew Borg

3. Sam Broderick

It-Tieni Diviżjoni:

1. Kenneth Micallef

2. David Urpani

3. Alexandre Lemire

It-Tielet Diviżjoni:

1. Klaus Vahsen

2. David Mansfield

3. Nigel Hall