L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li ċ-Ċina mhix tippreżenta biċ-ċar l-impatt tal-Covid fl-artijiet tagħha u fost tħassib li l-awtoritajiet komunisti f’Beijing qegħdin jaħbu l-veru livell tal-imwiet dovuti għall-virus.
It-tneħħija, jiem ilu, tar-restrizzjonijiet wasslet għal splużjoni ta’ infezzjonijiet bil-Covid fiċ-Ċina iżda Beijing ma kompliex jippubblika d-data ta’ kuljum dwar il-każi u fejn, minn Diċembru ‘il hawn, ħabbar biss 22 mewta b’kaġun tal-virus.
It-tabib Michael Ryan, bħaala Direttur għall-Emerġenzi mal-WHO, jemmen li l-istatistika taċ-Ċina ma tagħtix l-istampa ċara tal-impatt tal-virus f’termini ta’ ammissjonijiet fl-isptarijiet u l-imwiet, b’mod partikulari.
U ċ-Ċina, kuntrarju għal-linji gwida tal-WHO, anki biddlet il-kriterji għal dak li jikkostitwixxi ‘mewta bil-Covid’ b’mod li jikkalkula biss in-nies li jmutu bil-mard tan-nifs.
//= $special ?>

