Il-Partit Nazzjonalista propona tliet persuni għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Dan hekk kif issa pajjiżna ilu numru ta’ xhur mingħajr Kummissarju tal-Istandards… bil-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ jkaxkar saqajh sabiex timtela din il-kariga.
It-Times irrappurtat kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kiteb uffiċjalment lill-Prim Ministru Robert Abela biex jikkunsidra lill-eks Speaker Myriam Spiteri Debono, l-eks Imħallef Silvio Meli u l-eks Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Philip Micallef għall-irwol ta’ Kummissarju tal-Istandards.
Robert Abela minn naha tieghu qed jinsisti fuq isem wieħed biss flok Geoorge Hyzler, iżda l-Partit Nazzjonalista għandu d-dubji tiegħu dwar l-effettività ta’ din il-persuna. B’Abela jidher li ma tax każ l-ismijiet li qed tipproponi l-Oppożizzjoni hekk kif qed jibqa’ jinsiti li l-isem tiegħu huwa l-aħjar għażla għal din il-kariga.
Huwa mifhum li għall-bidu l-Partit Nazzjonalista ppropona li jkun l-Imħallef irtirat Joseph Zammit McKeon li jinħatar f’din il-kariga. Iżda l-Gvern oppona din il-ħatra u ssuġġerixxa li Zammit McKeon jinħatar bħala Ombudsman.
Iż-żewġ naħat qablu li Zammit McKeon għandu jinħatar bħala Ombudsman iżda sa issa jidher li għad m’hemmx qbil dwar min se jinaħtar bħala Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
It-Times of Malta tirraporta li l-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb dwar il-fatt li Robert Abela se jaħtar lil xi ħadd li ma jkun daqshekk effiċjenti u effettiv sabiex jinvestiga kwistjonijiet etiċi fi ħdan il-Gvern.
Bħalissa, il-kummissarju tal-istandards, li xogħolu huwa li jinvestiga lmenti u kwistjonijiet dixxiplinarji li jikkonċernaw membri tal-parlament, irid jiġi elett biż-żewġ terzi tal-parlament.
Iżda l-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ippubblika dettalji dwar abbozz ta’ liġi li jippermettilu li jaħtar kummissarju tal-istandards mingħajr il-ħtieġa ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament. Jekk dan l-abbozz jidħol fis-seħħ, il-Gvern ikun jista’ jaħtar lil min irid hu f’din il-kariga b’maġġoranza semplici fil-Parlament….wara tliet voti.
Filfatt ħafna kritiċi huma mħassba li dan kollu se jippermetti li Robert Abela jaħtar lil min irid hu bħala kummissarju tal-istandards, u b’mod effettiv jinjora l-ħtieġa ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi. Il-kritiċi qed jgħidu li dan kollu jaf ikun perikoluż minħabba li l-persuna maħtura se tkun qed tinvestiga l-Membri Parlamentari tal-Gvern stess.
F’reazzjoni għal dak li qed jipproponi l-Gvern, il-Partit Nazzjonalista qed jakkuża lill-Prim Ministru li qed jaġixxi ta’ dittattur… dan meta suppost għandu jaħdem sabiex ikun hemm kunsens dwar din il-kariga tant importanti għal pajjiżna.
//= $special ?>