Wara pressjoni mill-Partit Nazzjonalista, il-Gvern fl-aħħar sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Parlamentari Permanenti tas-Saħħa dwar l-ammont dejjem jiżdied ta’ mediċini li qed ikunu out of stock. Dan wara li d-deputati tal-PN Stephen Spiteri, Ian Vassallo u Claudette Buttigieg f’isem il-Partit Nazzjonalista, insistew li din il-laqgħa għandha ssir b’mod urġenti biex anqas nies ibatu minn din is-sitwazzjoni.
Iżda għall-Gvern ta’ Robert Abela, it-tbatijiet u l-isfidi tan-nies m’humiex prijorità tant li sejjaħ din il-laqgħa għas-16 ta’ Jannar, jiġifieri 11-il ġurnata oħra.
B’hekk, għax mhux jieħu din is-sitwazzjoni bis-serjetà jew m’għandux idea kif se jindirizzaha, il-Maltin u l-Għawdxin se jkollhom jistennew kważi ġimgħatejn oħra biex jaraw x’għandu f’moħħu l-Gvern.
//= $special ?>