Lokali

Mal-50,000 persuna fil-Vatikan isellmu lill-Papa Benedittu XVI

Ritratt: TGcom24
Dalgħodu, xandira speċjali fuq Net TV

Illum id-dinja tatl-aħħar tislima lill-Papa Benedittu XVI; il-Papa Emeritu li miet fl-aħħar jum tas-sena wara ġimgħat sħaħ ta’ kura minħabba li l-kundizzjoni ta’ saħħtu kienet marret lura ferm.

Il-media Taljana qed tirrapporta li mal-50,000 persuna waslu fil-Vatikan biex isellmu lil Benedittu XVI.

Il-funeral tal-Papa Emeritu tmexxa mill-Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru, fil-preżenza ta’ diversi mexxejja minn madwar id-dinja kollha kif ukoll ambaxxaturi.

Tul il-Papat tiegħu, Benedittu għamel b’kollox 24 vjaġġ appostoliku – inkluż f’pajjiżna.

Benedittu kien irriżenja mit-tmexxija tal-Knisja Kattolika fl-2013, propju minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Fil-fatt, sa minn kmieni dalgħodu, eluf kienu qed jaslu fi Pjazza San Pietru – fost sigurtà stretta.

Ritratt: Sky News

Il-quddiesa se tibda fid-9:30am.