Internazzjonali Knisja Lokali

“L-ewwel darba li ltqajt miegħu biddilt l-opinjoni tiegħi dwar dan ir-raġel kbir”

“L-ewwel darba li ltqajt miegħu wiċċ imb’wiċċ biddilt l-opinjoni tiegħi dwar dan ir-raġel kbir.”

Hekk sosnta l-eks Prim Ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi meta kien qed jieħu seħem fil-programm speċjali li wassal Net Television fil-jum li fih qed tingħata l-aħħar tislima lill-Papa Benedittu XVI.  

Lawrence Gonzi jistqarr li meta ltaqa’ miegħu ħareġ il-karattru veru tiegħu.. persuna li kien prepara ruħu sew dwar Malta u anke dwar il-Prim Minstru nnifsu. Gonzi fakkar kif Papa Benedittu kellu lill-Maltin ferm għal qalbu hekk kif anke fil-Vatikan, matul it-tmexxija tiegħu kien hemm numru ta’ Maltin li kienu miegħu.

Lawrence Gonzi jirrakonta kif meta ltaqa’ miegħu l-ewwel darba kien proponieli żewġ affarijiet… li jagħmel żjara f’pajjiżna u jiddikjara l-ewwel qaddis Malti lil Dun Ġorg Preca propju f’Malta stess.  

Huwa qal li meta Papa Benedittu XVI żar pajjiżna, bla dubju kellu laqgħa straordinarja fejn fost l-oħrajn f’Malta stess kellu laqgħa privata ma’ grupp ta’ persuni li għaddew minn esperjenzi koroh matul ħajjithom, kif ukoll laqgħa mill-isbaħ li kelli maż-żgħażagħ Maltin.

Lawrence Gonzi ammira ferm id-deċiżjoni li kien ħa Joseph Ratzinger meta kien għadu Papa, li minħabba raġunijiet ta’ saħħa jirriżenja mill-kariga tiegħu sabiex il-Knisja Kattolika tibda titmexxa minn xi ħadd iktar b’saħħtu. Bil-Papa Benedittu baqa’ sal-aħħar ta’ ħajtu jappoġġja u jgħin lill-Papa Franġisku fid-deċiżjonijiet tiegħu fit-tmun tal-Knisja Kattolika.