Fi Stamford Bridge, Manchester City kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Chelsea biex b’hekk naqsu l-vantaġġ minn ta’ Arsenal f’ras il-klassifika għal ħames punti biss wara li l-Gunners kellhom jikkuntentaw biss bi draw kontra Newcastle.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls, kellhom ikunu ż-żewġ sostituti Jack Grealish u Riyad Mahrez li aċċertaw minn rebħa għat-tim ta’ Pep Guardiola, meta fit-63 minut kien Grealish li bi cross fil-baxx sab lil Mahrez li għamel l-iskor 1-0.
Minkejja t-tentattivi ta’ Chelsea lejn it-tmiem dan ma kinex biżejjed biex joħolqu periklu serju lejn il-lasti ta’ Ederson.
//= $special ?>