Futbol Sport

Serie A: Inter jegħlbu lil Napoli b’gowl ta’ Edin Dzeko

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Giuseppe Meazza : Inter 1-0 Napoli

Wara ħmistax il-partita mhux megħluba, Napoli sofrew l-ewwel telfa fil-Kampjonat fejn l-aktar liu gawdew kienu Milan li issa id-distakk taħt l-istess Napoli niżel għal ħames punti. B’din ir-rebħa Inter telgħu fir-raba’ post bi 33 punt. Matul l-ewwel taqsima, minkejja li Napoli kellhom saħansitra 65 fil-mija pussess, b’xi mod id-difiża ta’ Inter żammet l-iskor intatt.

Minkejja li fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess, fis-56 minuta Inter marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Federico Dimarco , kien Edin Dzeko li għeleb lil Alex Meret. Kibret il-pressjoni minn Napoli fuq Andre’ Onana u fl-istess waqt il-partita saret pjuttost nervuża b’ Simone Sozza bejn l-84 u s-88 minuta kostrett li jammonixxi lil Nicolo’Barella u Denzel Dumfries għal Inter u Di Lorenzi u Min Jae Kim għal Napoli.

Fid-Dacia Arena : Udinese 1-1 Empoli

Udinese fallew iċ-ċans i jilħqu lil Atalanta fis-seba’ post meta f’darhom spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Empoli.

Kienu Empoli li marru fil-vantaġġ wara biss tliet minuti permezz ta’ Tommaso Baldanzi li tefa’ ġewwa minn kross ta’ Francesco Caputo bl-ewwel taqima tintemm 1-0 favur Empoli.

Udinese tefgħu kollox fuq l-attakk fit-tieni taqsima iżda kellhom jistennew sas-70 minuta biex ġabu l-gowl tad-draw meta minn pass mix-xellug ta’ Destiny Ugogie kien Roberto Pereyra li għeleb lil Vicario għal skor finali ta’ Udinese 1-1 Empoli