Anzjan li kien qed isuq mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ karozza.
L-inċident seħħ dalgħodu għal ħabta tal-10:00am fi Triq l-Imdina Ħal Qormi hekk kif seħħet ħabta bejn karozza BMW X1 misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħaż Żebbuġ u mutur tat-tip Triumph Speedmaster li kien misjuq minn anzjan ta’ 72 sena residenti l-Mellieħa.
Tim mediku mar fuq il-post sabiex jagħti l-assistenza tiegħu fejn ftit wara l-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
