Il-Pulizija tinforma lill-pubbliku li nstab ir-raġel li aktar kmieni kien qed jiġi mfittex, filwaqt li tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.
Aktar kmieni:
Persuna qed tiġi mfittxija mill-Pulizija b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 2/2023.