Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Il-Yachting Malta EurILCA Masters l-ewwel avveniment internazzjonali tal-2023 mir-Royal Malta Yacht Club

Ir-Royal Malta Yacht Club se jorganizza l-ewwel avveniment internazzjonali tiegħu għall-2023 bejn is-6 u t-8 ta’ Jannar meta se jilqa’ flotta mdaqqsa li ser tkun qed tikkompeti fil- Yachting Malta Euro ILCA Masters 2023, li jifforma parti mill-Eur ILCA Master Series. Dawn il-Masters huma sensiela ta’ regatti li jsiru matul is-sena f’diversi postjiet madwar l-Ewropa u l-kompetizzjoni hija miftuħa għall-baħrin li għandhom aktar minn tletin sena fl-2023.

Malta se tkun qed tospita avvenimenti għall-klassijiet ILCA 7 u ILCA 6 b’partecipazzjoni minn ħdax-il pajjiż. It-Taljan Roberto Bini u Giuseppe Cavalli, rispettivament rebbieħ u runner up tal-ILCA Klassi 7 tal-2022 huma fost dawl li se jieħdu sehem. It-tlielaq bdew illum filgħodu fil-Port ta’ Marsamxett. Fi tmiem il-ġimgħa mistennija jsiru tliet tiġrijiet kuljum għal total ta’ disa’ tiġrijiet. Malta se tkun rappreżentata minn tliet baħrin, li tnejn minnhom huma l-atleti Olimpiċi Mario Aquilina u John Tabone, magħhom ser jingħaqad Alfred Fenech. Huma ser jkunu qed jtellqu fil-Klassi ILCA 7 u 6 rispettivament.