Nasser Al Attiyah tal-Qatar rebbieħ tal-edizzjoni 2022 tar-Rally ta’ Dakar rebaħ il-ħames stadju fil-kategorija tal-vetturi filwaqt li f’dik tal-muturi suċċess għal Adrien van Beveren li rebaħ fil-ġurnata meta għalaq 32 sena.
Daniel Sanders tal-Awstralja, li kien fl-ewwel post fil-kategorija tal-muturi, wettaq bosta żbalji tant li niżel fit-tmien post fil-klassifika ġenerali b’distakk ta’ 13-il minuta u 18-il sekonda minn Skyler Howes tal-Istati Uniti.
Nasser Al Attiyah għandu distakk vantaġġ ta’ 22 minuta u 36 sekonda fuq l-Audi ta’ Stephane Peterhansel li fl-istorja tar-Rally ta’ Dakar rebaħ sitt edizzjonijiet fil-kategorija tal-muturi u tmien edizzjonijiet f’dik tal-vetturi. Peterhansel qed jittama li fl-edizzjoni ta’ din is-sena jirbaħ il-50 stadju fil-karriera.
//= $special ?>