Żewġ Diretturi tal-fabbrika tat-tessuti Leisure Clothing, li issa ngħalqet, intbagħtu sitt snin ħabs kull wieħed wara li qorti tal-appell sabithom ħatja ta’ traffikar tal-bnedmin. Id-direttur maniġerjali ta’ Leisure Clothing Bin Han (ritratt) u d-direttur tal-marketing Jia Liu, it-tnejn ċittadini Ċiniżi, ingħataw sentenzi ta’ sitt snin ħabs il-Ġimgħa u skortati barra mill-Qorti lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
It-tnejn kienu ġew akkużati li sfruttaw impjegati Vjetnamiżi u Ċiniżi tal-fabbrika bbażata f’Bulebel, u ġiegħluhom jaħdmu ġranet twal bi ftit jew xejn waqfiet, f’kundizzjonijiet tal-biki. Leisure Clothing kien manifattur ewlieni tat-tessuti f’Malta, u l-ħajjata tal-ħwejjeġ tad-ditti kbar bħal Emporio Armani u Karen Millen.
il-fabbrika kienet proprjetàd-ditta Ċiniża CICET, li għalqet fl-2017 wara l-arrest taż-żewġ Diretturi. Il-każ kien ġie żvelat f’Ottubru tal-2014 wara li bosta mill-impjegati Vjetnamiżi tal-fabbrika ta’ Bulebel kienu ġew arrestati waqt li kienu qed jippruvaw iħallu Malta b’dokumenti tal-identità Taljani foloz.
Il-ħaddiema kienu qalu lill-Pulizija li ma tħallsux il-pagi miftiehma u li l-passaporti tagħhom inżammu mill-kumpanija. Segwiet investigazzjoni tal-pulizija. Sensiela ta’ impjegati Vjetnamiżi kienu xehdu kif kienu se jirċievu bejn €200 u €300 fix-xahar, nofs l-ammont li kienu ġew imwiegħda, u ferm inqas mill-paga minima.
Dan talli kienu jaħdmu 12-il siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa u kellhom il-passaporti konfiskati. mill-kumpanija mal-wasla tagħhom. Il-Qorti tal-Maġistrat kienet inizjalment sabet lil Bin Han ħati u lliberat lil Jia Liu. Iżda Bin Han ingħata sentenza sospiża.
Huwa kien arrestat fl-2015 mad-direttur tal-marketing Jia Liu fuq akkużi ta’ traffikar tal-bnedmin u li impona kundizzjonijiet tax-xogħol illegali. L-Avukat Ġenerali kien appella dik id-deċiżjoni. Il-Ġimgħa, l-Qorti tal-Appell kriminali ppreseduta minn Edwina Grima iddeċidiet favur il-prosekuzzjoni, dik li ż-żewġ diretturi tal-kumpanija kienu ħatja u kkundannathom sitt snin ħabs kull wieħed. Iż-żewġt irġiel iridu jaqsmu wkoll l-ispejjeż tal-każ. Kien ikkonfermata wkoll multa ta’ €200,000 kontra Leisure Clothing.
//= $special ?>