L-istaġun tat-Table Tennis lokali jerġa jibda nhar it-Tnejn li ġej bil-Malta Table Tennis Association din is-sena se tkun qed tiċċelebra is-70 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Din is-sena f’din l-okkażżjoni, ir-rebbieħ tal-kampjonat se jkun qed jieħu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali tal-European Table Tennis Union, b’disa’ timijiet se jkunu qed jikkompetu fl-Ewwel Diviżjoni.
Fit-Tieni Diviżjoni hemm għaxar timijiet filwaqt li fit-Tielet Diviżjoni se jipparteċipaw disa’ timijiet. Ir-Raba’ Diviżjoni se tkun magħmula minn 12-il tim.
Kull tim jilgħab kontra xulxin fl-ewwel round sabiex imbagħad fit-tieni fażi jinqasmu fi promotion u relegation pool.
Il-kampjonat jintemm fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.
//= $special ?>