Fl-aħħar ħin sfrondat triq f’Raħal Ġdid fil-mument li kienet għaddejja xarabank mimlija plejers ta’ Manchester United.
Fir-ritratt jidher biċ-ċar kif waħda mir-roti tax-xarabank spiċċat midfuna f’ħofra mdaqqsa li nfetħet fit-triq.
Il-plejers tat-tim tan-nisa jinsabu f’pajjiżna għal numru ta’ ġranet hekk kif illejla mistennija li jilgħabu fit-Tony Bezzina Stadium f’partita ta’ ħbiberija bejn it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara u t-tim tan-nisa ta’ Manchester United.
Mhux magħruf weġġax xi ħadd f’dan l-inċident.
