Futbol Sport

Draw ġust bejn Gżira u Gudja

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matthias Mizzi

GŻIRA UNITED……………1

GUDJA UNITED….……….1

Gżira U.: D. Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone (C. Gauci 85’), N. Muscat, S. Pisani (B.Borg 61’), Z. Scerri (J. Mendoza 72’), M. Dias, L. Riascos (R. Correa 85’), T. Kolega (T. Espindola 71’), M. Cosic, J. De Assis

Gudja U.:  G. Zammit, J. Ramires, A. Prates, J. Mintoff (N. Tabone 75’), V. Plut, A. Azzopardi (T. Nagamatsu), J. Arthur, N. Micallef, H. Vella, M. Muchardi, N. Navarette

Imwissija: N. Micallef 14’ (GUD), L. Tabone 17’ (GŻR)

Skorjaw: L. Riascos 53’ (GŻR), T. Nagamatsu 79’ (GUD)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli & Shaun Calleja

Wara l-waqfa tal-festi, kemm Gżira kif ukoll Gudja ħarġu b’punt f’idejhom minn konfront iebes għat-tnejn li huma. B’Gudja United kemxejn żvantaġġjati billi kellhom biss ħames plejers fuq il-bank tas-sostituti, dan ma naqqas xejn milli kienu ta’ oppożizzjoni denja għall-avversarji tagħhom.

F’taqsima kwieta u nieqsa mill-azzjonijiet perikolużi, kienu Gudja li marru l-ewwel qrib permezz ta’ xutt ċentrali ta’ Ayrton Azzopardi. Ftit wara n-nofsiegħa logħob l-Blues reġgħu ħadmu azzjoni tajba li bdiet minn Andre Prates fejn għadda lejn Matias Muchardi sakemm b’pass bit-takkuna ġab lil Nicolas Navarette f’pożizzjoni tajba ta’ gowl iżda tefa’ barra mill-viċin.

Ftuħ it-tieni taqsima u Gżira United fetħu l-iskor fit-53 minuta meta Luis Riascos fetaħ lejn il-lemin bi kross fuq Zachary Scerri b’gowl fil-baxx li għeleb għalkollox lil Zammit. Proprju dan kien it-tieni gowl għal Scerri bil-flokk tal-Maroons. Wara dan il-gowl, il-partita żiedet fir-ritmu tant li Gudja bdew jattakkaw aktar biex jiksbu l-gowl tad-draw. Dan ġabuh fid-79 minuta hekk kif is-sostitut Tatsuro Nagamatsu irċieva kross minn mal-faxxa xellugija sakemm ikkonkluda fix-xibka mill-kaxxa ż-żgħira. Minkejja l-insistenza fuq l-attakk minn Gżira permezz ta’ żewġ free-kicks, il-gowlkeeper ta’ Gudja Glenn Zammit kien f’pożizzjoni tajba li jilqa’. Għaldaqstant bir-riżultat jintemm fi dro ta’ 1-1 ikunu l-leaders Ħamrun Spartans l-aktar li japprofittaw.