Raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż Żebbuġ qed jissielet għal ħajtu wara li waqgħu fuqu folji tal-ħadid.
L-inċident seħħ is-Sibt għal ħabta ta’ 12:00pm hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza f’garaxx fi Triq Pawlu Mifsud, f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija marret immedjetament fuq il-post u ftit tal-ħin wara kien imsejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.