Tifel ta’ sitt snin spara fuq l-għalliema tiegħu u kkawżala ġrieħi serji fejn f’mumenti minnhom kienet fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija tal-Istat ta’ Virginia qalu li dan l-att mhux inċident, bit-tifel jagħmel dan b’intensjoni biex ikorri lill-għalliema tiegħu wara argument.
Mal-isparatura t-tifel ġie miżmum minn għalliema oħra filwaqt li l-istudenti nħarġu mill-klassijiet quddiem l-entratura tal-iskola.
It-tifel jinsab taħt il-kustodja tal-Pulizija, bil-Korp jgħid li qed jipprova jara x’ikkawża dan kollu, bil-pulizija jixhdu li dan il-każ huwa wieħed uniku u delikat ħafna.
Wara dan l-attakk hemm bosta li mill-ġdid qed isaħħu l-argumenti tagħhom fil-konfront tal-liġi li tippermetti li wieħed ikollu arma tan-nar, u biex din tinbidel illum qabel għada.
//= $special ?>