Fuq 3 huwa programm ġdid li se jibda jixxandar fuq NET TV kull nhar ta’ Sibt fit-tlieta ta’ waranofsinhar. FUQ 3 se jkun qed iwassal lit-telespettaturi varjetà ta’ temi u suġġetti li żgur se jolqtu l-gosti ta’ kuħadd.
Dan il-programm, bi produzzjoni ta’ CM Productions, se jkollu preżentazzjoni ta’ Chris X. Grech, Maria Francalanza u Charlene Buttigieg Farrugia. Il-programm huwa maqsum fi tlett partijiet fosthom intervista ma’ esperti u professjonijiet dwar suġġetti varji kif ukoll żjara sorpriża għand personalitajiet fejn se nsiru nafuhom iktar mill-viċin u forsi wkoll niskopru kurżitajiet fuqhom li qatt ma konna nafu dwarhom.
Permezz tal-programm FUQ 3, fuq NET Television se terġa’ tirritorna s-satira. Il-karattru tat-Tur Kritt se jkun karattru simpatiku ferm li żgur se jnissel tbissima fost it-telespettaturi ta’ dan il-programm. It-Tur Krit, għalkemm għadu żgħir fl-età huwa konsulent ta’ bosta Ministri kif ukoll imprendituri rinomati ferm f’pajjiżna.
FUQ 3: illum fit-3pm fuq Net TV.
//= $special ?>