Lokali

Ħidma li se tkompli ssaħħaħ il-vuċi tal-PN fil-Parlament

Is-Sibt filgħodu tlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista biex jiddiskutu diversi temi jaħarqu f’pajjiżna hekk kif nhar it-Tnejn li ġej se jkun qed jiftaħ mill-ġdid il-Parlament wara waqfa qasira matul iż-żminijiet ta’ festi.

Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm dawk dwar l-abort, il-mediċini out-of-stock u anke dwar l-għoli tal-ħajja li ta’ kuljum qed tkun pjaga għal ħafna Maltin u Għawdxin.

Diskussjonijiet li wasslu biex tkun ċara d-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista biex jassiguraw li jitkellmu bl-aħjar mod favur il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Messaġġ li kontinwament qiegħed ikun sostnut ukoll mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista permezz tal-Membri Parlamentari tiegħu, ser ikunu qed iressqu numru ta’ proposti biex jassiguraw li kull persuna tgħix bl-aħjar mod possibbli fid-dawl ta’ dawn il-kwistjonijiet.