Kritika qawwija għan-nuqqas ta’ azzjoni u ħabi minn naħa tal-Gvern fid-dawl tan-nuqqas kbir ta’ mediċini li għandna f’pajjiżna bħalissa. Bil-Prim Ministru Robert Abela jipprova jaħbi sitwazzjoni difficli li fil-verita qed tiddomina l-Ewropa kollha.
L-Awtorita tal-Mediċini fi stqarrija maħruġa s-Sibt ikkonfermat li l-mediċini out-of-stock huma bosta – minn mediċini tas-sola, għal antibajotiċi. Dan apparti mediċini tad-dijabete u l-kanċer, kif żvela Net News fl-aħħar jiem.
Fil-fatt, huma għexieren il-mediċini li l-pazjenti mhux isibu. Bil-Gvern Laburista, minkejja li din is-sitwazzjoni hi evidenti madwar il-pajjizi tal-UE, qed jibqa’ jaħbi mill-poplu Malti u Għawdxi r-realta tas-sitwazzjoni.
Fil-fatt, għal aktar minn xahrejn, il-Ministeru tas-Saħħa baqa’ ma ppublikax il-lista ta’ mediċini out of stock… lista li sippost tiġi aġġornata u ppublikata darba kull ġimgħa.
Fl-istqarrija, l-Awtorità Maltija tal-Medicini qalet li rrakomandat aktar minn 800 awtorizzazzjoni speċjali għall-mediċini li jinsabu out-of-stock jew waslu biex ikunu out-of-stock madwar l-Ewropa kollha.
Din is-sitwazzjoni ta’ numru ta’ pajjiżi Ewropej li spiċċaw b’mediċini out of stock ilha magħrufa sew, bil-Gvern ma ħasibx bil-quddiem biex iġib mediċini meħtieġa għal matul ix-xitwa. Tant hu hekk, li fl-aħħar jiem sar magħruf li pajjiżna għandu sitt xhur oħra għaddej minn sitwazzjoni ta’ mediċini out of stock.
//= $special ?>