Internazzjonali

L-Indja milquta minn mewġa ta’ kesħa

It-tibdil fil-klima qed ikompli jħalli l-impatt tiegħu, bl-Indja bħalissa qed tkompli tesperjenza kesħa tremenda u temperaturi baxxi li jinżlu sew taħt iz-zero.

Il-mewġa tal-kesħa qed tikkawża wkoll problemi serji ta’ saħħa, speċjalment f’New Delhi li tara wkoll livelli severi ta’ tniġġis fl-arja fix-xhur tax-xitwa.

It-tnaqqis fit-temperaturi u ċ-ċpar ħarbtu wkoll l-iskedi tal-ferroviji. Madwar 23 miljun passiġġier kuljum jagħmlu użu minn dan is-servizz u dan kollu huwa  meqjus bħala s-sinsla tas-sistema tat-trasport tal-pajjiż. Diversi ferroviji fl-aħħar sigħat kienu jinsabu bejn sitta sa għaxar sigħat tard mill-iskeda li primarjament kienet pjanata.