Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ The Voice Kids Malta hi l-kantanta Dawn Desira.
F’kompetizzjoni li ilha tixxandar minn Ottubru li għadda kull nhar ta’ Ġimgħa, Dawn kienet qed tipparteċipa taħt il-gwida tal-kantant Owen Leuellen.
Din il-kompetizzjoni kellha erba’ fażi. L-ewwel fażi kienet tal-Provi, wara The Blind, The Battles u fl-aħħar nett The Sing Offs.
Dawn, flimkien ma’ Yulan u Luigi, irnexxielha tagħmilha sal-aħħar fażi filwaqt li rebħet is-somma ta’ €10,000. Sal-finali kienu għamluha wkoll tliet kontestanti oħra iżda dawn ġew eliminati mill-kompetizzjoni waqt il-finali.
Din l-ewwel edizzjoni kienet waħda ta’ suċċess hekk kif madwar 200 tifel u tifla ta’ bejn it-8 snin u l-14-il sena applikaw biex jittantaw xortihom.