Wara 15-il rawnd ta’ votazzjoni, Kevin McCarthy ġie elett Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti fl-Istati Uniti wara dibattitu mqanqal li wassal għal ġlied anki fost ir-Repubblikani.
McCarthy rebaħ il-15-il rawnd ta’ votazzjoni minkejja li l-partit tiegħu kellu l-maġġoranza fil-kamra, dan hekk kif fl-elezzjonijiet ta’ Novembru, ir-Repubblikani rebħu l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġislatura b’maġġoranza ta’ 10 siġġijiet.
Id-dibattitu mqanqal ssokkta b’tilwim wara kampanja ta’ pressjoni li saret fuq Matt Gaetz meqjus bħala deputati ribelli fil-kamp tar-Repubblikani fejn anki kien hemm konfrontazzjoni bejnu u Mike Rogers.
Kien ilu mill-1860 fl-isfond tal-Gwerra Ċivili Amerikana li l-Kungress Amerikan kellu jivvota iktar minn 15-il darba biex jeleġġi speaker.
//= $special ?>