Sport Sport Ieħor

Blackball: Ħamrun 147 B jegħlbu lil sħabhom ta’ tim A f’logħba mill-isbaħ

F’partita bbilanċjata bejn iż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147, kien tim B li ħareġ rebbieħ 11-9 fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball. Kienet logħba interessanti li matulha rajna wħud mill-aqwa plejers tal-blackball f’pajjiżna.

Mir-Regional League, Selmun Bar A kisbu rebħa kbira u faċli ta’ 11-0 kontra Birkirkara A

Birkirkara Youngsters għelbu lil Mosta St Mary A 11-7 filwaqt li anke San Ġwann Nick’s A, Ħamrun 147 C u Birkirkara Boċċi kisbu rebħiet importanti kontra Każin Pinto Qormi B (11-6), Birkirkara Duke’s A (11-9) u San Ġwann White Hart (11-5)

Fil-Community League Sezzjoni A, Birkirkara Duke’s B u Juve Birkiraka B kisbu rebħiet ta’ 11-3 u 11-7 kontra Mosta St. mary’s u Pl Balzan A rispettivament. Valletta Fossa Boys għelbu lil Birżebbuġa B 11-4.

F’logħba ferm bilanċjata, Selmun Bar C u Domus Kids Żejtun spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

F’sezzjoni B, Taċ-Ċaċċu Qormi kisbu rebħa kbira ta’ 11-0 kontra Mosta St Mary C.

Min-naħa l-oħra, PN Mġarr, PL Balzan B u Ħamrun 147 D kisbu l-punti massimi wara rebħiet kontra San Ġwann Nick’s B (11-6), Di Santos B (11-7) u Selmun Bar B (11-9)